Żewġ żgħażagħ baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija b’serq.
Clyde Mallia ta’ 22 sena minn Ħal Għaxaq u Massimo Fasanelli ta’ 23 sena minn Wied il-Għajn, ġw akkużati wkoll li huma reċedivi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni spjegat li ż-żewġ żgħażagħ serqu minn bosta magni tas-sigaretti minn għadd ta’ ħwienet madwar Malta. Fi tfittxija li saret fir-residenza tagħhom, il-Pulizja sabulhom 1,700 pakkett sigaretti misruqin u anke xi flus kontanti. Huma nqabdu fil-jiem li għaddew wara serqa li għamlu fl-Imsida.
Iż-żewġ żgħażagħ wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u ma talbux il-ħelsien mill-arrest.