Awed Ahmed Tariq ta’ 20 sena u Muhammed Isam Elden ta’ 26 sena, it-tnejn mis-Sudan, tressqu l-Qorti akkużati li serqu minn karozza fil-Ħamrun fit-18 ta’ Jannar li għadda.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużati serqu pouch mis-seat ta’ wara li kellu madwar €60 fi flus kontanti, mobile u karti ta’ kreditu fost oġġetti oħra.
Ahmed wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u talab għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat peress li l-imputat huwa ricediv u li m’għandux resdienza fissa.
Il-Qorti caħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Min-naħa tiegħu Muhammed wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ntbgħat seba’ xhur ħabs. Il-Qorti ordnat ukoll biex fi tmiem is-sentenza tinħareġ ordni biex l-imputat jintbgħat lura lejn pajjiżu.