Joseph Galea ta’ 30 sena u Emanuel Degabriele ta’ 31 sena tressqu l-Qorti akkużati li serqu għodda li nstabet ġo karozza tal-għamla Kia Avella qrib sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi.
Degabriele, li kien fuq il-libertà kundizzjonata fuq każ ieħor, qal li ma kellu x’jaqsam xejn fil-każ.
Wara li Galea beda jargumenta mad-Difiża, din ukoll talbet il-ħelsien mill-arrest għalih. Dan tant li l-avukat stqarr b’nofs ċajt li flok jagħmel is-sottomissjonijiet ser jaqbad santa u jgħid talba. Dan filwaqt li nnota iżda li l-akkużat ikkollabora mal-pulizija.
Il-Qorti ċaħdet it-talbiet għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ akkużati.