Ronan Clyde Hamil u Paula Romero Fernandez, it-tnejn ta’ 23 sena baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li darbu u kisru seba’ kustilji ta’ anzjan ta’ 72 sena u li għamlu ħsara fuq vettura tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-Prosekuzzjoni xehdet li kmieni l-Ħadd filgħodu, il-vittma qabad lil żewġ studenti jivvandalizzaw vettura tal-Protezzjoni Ċivili u pprova jwaqqafhom.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li kien f’dan il-mument li l-istudenti daru għall-anzjan u tawh xebgħa.
Filmati elevati minn kamera tas-siġurtà juru lill-anzjan jaqla’ bis-sieq mingħand iż-żewġ studenti.