Leornardo Jose Uzcategui ta’ erbgħin sena, Jose Angel Hernandex Perez ta’ sebgħa u erbgħin sena, it-tnejn mill-Venezuela u Meiby Jazmin Ramirez Gomez ta’ tnejn u għoxrin sena, mir-Repubblika Dominikana, baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li kienu jiffurmaw parti minn ċirku internazzjonali ta’ traffikar tad-droga.
It-tliet akkużati ġew arrestati wara li fuq il-mara nstabu madwar ħamsa u erbgħin kapsula ta’ kokaina, hekk kif waslet fl-Ajruport ta’ Malta, minn Madrid.
Il-Pulizija komplew bl-osservazzjonijiet tagħhom fuq iż-żewġt irġiel, li ġew arrestati fl-Imsida u San Ġiljan, fejn instabu aktar drogi.
It-tliet imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Is-seduta kienet ippresedeuta mill-Maġistrat Noel Bartolo, filwaqt li għall-akkużati deher l-Avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat.
