Costantino Felice minn Ħal Qormi u Dalaia Zammit mill-Belt inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li wettqu hold-up fuq raġel ta’ ħamsin sena fl-Imsida, xahar ilu.
Huma ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom, fosthom li serqu ġiżirana u darbu ħafif lir-raġel ta’ ħamsin sena.
Felice ġie mixli waħdu li ġarr sikkina miegħu u Zammit ġiet akkużata waħidha bi tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni u li hi riċediva.
Meta allegatament wettqu s-serqa huma użaw l-istess vettura li kienu biha l-Erbgħa meta ġew arrestati.