Żewġt irġiel qed jinżammu arrestati wara li ċaħdu tlettin akkuża ta’ serq u ħsara li wettqu fuq proprjetajiet privati.
Il-Qorti kellha tiftaħ b’urġenza matul il-jum tas-Sibt, biex quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, tressqu Gilbert Busuttil ta’ wieħed u tlettin sena li jgħix fit-triq flimkien maż-żagħżugħ Jesmond Cassar ta’ tlieta u għoxrin sena.
L-akkużi jgħidu li allegatament twettqu diversi reati bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena.
L-akkużati inqabdu fil-fatt f’serqa minnhom u baqgħu miżmuma taħt arrest preventiv.