Sudaniż ta’ 34 sena residenti il-Marsa u Somalu ta’ 32 sena residenti l-Munxar tressqu l-Qorti ta’ Għawdex akkużati li kkaġunaw ġrieħi gravi fuq xulxin u talli kissru l-ordni u l-paċi pubblika bil-ġlied.
Is-Sudaniż kien akkużat ukoll li sar riċediv, filwaqt li is-Somalu kiser kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja. Dawn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, iżda l-Qorti ċaħħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Għaldaqstant l-irġiel se jinżammu taħt il-kustodja tal-Pulizija.