Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest għal Josuel Farrugia ta’ erbgħin sena u Antony Rapa ta’ tnejn u ħamsin sena li qed jiġu akkużati li fit-28 u d-29 ta’ Ottubru serqu safe u vetrina bi kwantitá kbira ta’ ġojjellerija u flus b’valur ta’ madwar erba’ mitt elf ewro minn kumpanija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Dr Ian Farrugia semgħet l-argument tal-Prosekuzzjoni mill-Ispettur Joseph Mercieca li qal kif mill-filmat maqbud mill-kameras tas-sigurtá nstema’ l-kliem “Fejn qallek li qegħdin?” li jindika li s-serqa saret bl-għajnuna ta’ xi ħadd li jaħdem f’din il-kumpanija biex ingħatat din l-informazzjoni.
L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.