Erba’ Sirjani u Libjan baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’allegat sekwestru.
Il-każ seħħ fit-tlettax ta’ Jannar li għadda meta l-akkużati ssekwestraw lil Mohamed Alsatif Ibrahim kontra l-volontà tiegħu u heddewh bil-mewt.
Il-Pulizija kienet qalet li l-kwistjoni jidher li kienet dwar is-Sirja u meta l-istess pajjiż kien maħkum mir-ribelli.
Iż-żewġ Sirjani, residenti ż-Żurrieq li l-etajiet tagħhom huma ta’ ħamsa u tletin u sebgħa u erbgħin sena, Sirjan ta’ tletin sena residenti minn Ħal Safi, Sirjan minn Marsaskala ta’ tmienja u għoxrin sena u Libjan ta’ tmienja u tletin sena minn Ħal Far, kollha wieġbu mhux ħatja għal dawn l-akkużi.