Żewġ irġiel inzammu arrestati wara li tressqu l-qorti akkuzati bl-importazzjoni u t-traffikar ta’ erbgħa u tmenin kilogramma Kannabis.
Tomislav Hegedus tas-sitta u għoxrin sena mill-Mosta li jaħdem bħala Manger u Fabian Catania ta’ tnejn u erbgħin sena mill-Qawra li jaħdem bħala bejjiegħ tal-propjeta ġew arrestati s-Sibt wara li fil-posessjoni tagħhom instabet d-droga kannabis, li kienet lesta biex tinbiegħ.
Huma ġew arrestati f’Santa Venera wara li l-pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga kienu ilhom isegwu l-passi tagħhom.
Wieħed mill-akkuzati kien qiegħed isuq vann fejn moħbija fih kien hemm id-droga lesta biex tiġi ttraffikata – li nstabet moħbija fi ħwejjeġ li kienu f’xi għamara.
Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-akkuzati tressqu b’mod separat.
Tomislav Hegedus tressaq l-qorti akkuzat b’kompliċita fl-importazzjoni tal-Kannabis u li kiser l-akkuzzi tal-ħelsien mill-arrest.
Filwaqt li Fabian Catania kien akkuzzat ukoll li fil-pusess tiegħu kellu l-kokaina u li huwa riċediv.
Iz-zewġ akkuzati wieġbu mhux ħatja. Bil-Maġistrat Audrey Demicoli ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arresst.
Għall-akkuzzati dehru fosthom l-avukati Mario Mifsud, Franco Debono u Michael Scriha.