Ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest iż-żewġ Libjani wara li tressqu l-Qorti mixlija bil-qtil ta’ żagħżugħ ta’ 26 fil-Ħamrun.
Il-vittma Mahmoud Elmejdi, żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena tilef ħajtu lbieraħ għall-ħabta tas-19.30 ta’ filgħaxija kawża tax-xebgħa li qala’ t-Tnejn li għadda.
L-arrest seħħ wara li ġie elevat filmat fil-madwar meħud minn kameras tas-sigurtà fejn minn hemm bdiet it-tfittxija għall-aggressuri.
Il-każ seħħ f’appartament fi Triq il-Kapillan Mifsud fil-Ħamrun fejn allegatament ttlett irġiel daħlu fl-appartament tal-vittma, tawh xebgħa kbira b’oġġett iebes u ħarbu minn fuq il-post.
Il-vittma li nstab għall-ħabta tad-8.45 ta’ filgħodu b’xi demm ħiereġ minn ħalqu, kellu wkoll xi ġrieħi li jidhru li saru permezz ta’ oġġett li jaqta’ u bil-ponta.