L-Ingliż Martyn Paul Underwood ta’ 43 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li nhar id-9 ta’ Frar seraq flus kontanti u ammont ta’ fliexken tax-xorb b’valur ta’ €1,700.
Huwa ġie mixli wkoll li kkawża ħsara lil terzi persuni li tammonta għal €2,500.
B’rabta mal-istess każ, is-Somali Abdi Ali Jama ta’ 32 sena u Mohamud Hassan Fatah ta’ 37 sena wkoll baqgħu jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li fl-istess jum xtraw fliexken tal-alkoħol li kienu misruqa.
Abdi Ali huwa wkoll riċediv.