Mustafa Duale Abokor u Abraham Abdi Ahmed, żewġ somali, inżammu arrestati wara li ġew akkużati b’rabta ma’ ġlieda bis-skieken li fiha t-tnejn sofrew minn ġrieħi gravi.
Huma kienu akkużati fost l-oħrajn li kkawżaw ġrieħi gravi, u li żammew lil xulxin kontra r-rieda tagħhom u li huma riċedivi.
L-avukat tal-għajnuna legali għamel talba għall-ħelsien mill-arrest f’isem iż-żewġ imputati b’mod separat wara li avukati oħra tal-għajnuna legali ma aċċettawx li jidhru għat-tieni imputat.
Minkejja dan il-Maġistrat Gabriella Vella ma laqgħetx dawn it-talbiet fid-dawl li l-ewwel imputat għandu problemi b’rabta mad-dipendenza tal-alkoħol u b’hekk mhux affidabbli filwaqt li t-tieni imputat ma għandux indirizz fiss u allura kellu l-istess talba miċħuda.