Renald Scerri u Charlotte Zammit minn Birżebbuġa nżammu arrestati wara li wieġbu li mhux ħatja ta’ involviment f’erbatax-il serqa mill-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa.
Il-Qorti semgħet kif il-Pulizija rċeviet diversi rapporti ta’ serqiet, u wara l-investigazzjonijiet tagħha arrestaw lill-imputati, li allegatament ammettew mill-ewwel l-involviment tagħhom fis-serqiet.
Intqal ukoll kif huma allegatament urew lill-Pulizija aktar oġġetti misruqa wara li r-raġel ħa lill-Pulizija f’sit ta’ kostruzzjoni fejn allegatament kienu ħbew diversi oġġetti misruqa, fosthom mobiles, kartieri, u speakers.
Ġie spjegat li l-imputati għandhom il-vizzju tad-droga, u allegatament kienu jisirqu biex isostnu dan il-vizzju.