Darren Cauchi ta’ 25 sena mill-Fgura tressaq il-Qorti akkużat li ta fasstidju u kkaġunha biża’ u hedded lill-eks tfajla tiegħu.
Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija rċivew rapport mill-eks sieħba li Cauchi daħal fid-dar li kienu jgħixu flimkien fiha u cempillha sabiex jgħidilha li qieghed fid-dar li kienu jikru flimkien. Kien minn hemm li huwa ħa xi affarijiet personali tagħha.
Fil-11 ta’ Ottubru huwa tressaq il-Qorti ukoll fuq akkużi simili. Filfatt huwa reħa mar jgħix m’ommu fil-Fgura u kellu ordni sabiex ma jersaqx lejn l-eks sieħba.
Huwa wiegeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Melvyn Camilleri.
L-avukat talab sabiex jigi elevat il-mobile kemm tieghu kif ukoll tal-eks sieħba tieghu. Qal li kienet l-eks siehba tiegħu li fit-3 ta’ Ottubru kienet għamlet kuntatt miegħu u talbitu sabiex jirranġaw l-affarijiet ta’ bejniethom.
L-avukat kompla jgħid li lbieraħ kienu miftehmin li joħorgu imma f’daqqa waħda l-eks sieħba tiegħu bdiet tgħidlu li sejjer il-ħabs u li hi kienet ma’ ħabiba tagħha.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras talbet sabiex jinħatar espert li jeleva l-mobile tal-imputat u l eks sieħba.
Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest għax il-Qorti ma kinitx sodisfatta bil-garanzija li qal li se joffri l-akkużat.