Aaron Sammut ta’ 26 sena residenti l-Ħamrun tressaq il-Qorti akkużat b’għadd ta’ akkużi fosthom li lbieraħ hedded lil ommu u lil ħuh.
Huwa kiser ukoll l-ordni ta’ projbizzjoni imposta fuqu mill-Qorti nhar it-Tnejn li għaddha sabiex ma jgħamilx kuntatt ma ommu.
Ilbieraħ huwa hedded lil ommu permezz tal-mobile u saħansittra allegatament prova jkissrilha l-bieb tad-dar.
L-akkużat assistit mill-avukat Martha Mifsud wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest. Filfatt huwa qal li kienet ommu li pruvat tkellem lit-tifel tagħha.
Fil-passat mhux l-ewwel darba li l-omm u tifel telgħu l-Qorti fuq diżgwid. Madankollu l-omm dejjem ħafret lil binha.
Wara li semgħet ix-xhieda il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Wara li ngħata s-sentenza, l-akkużat qal lill-Magistrat jekk jistax jinżamm l-isptar Monte Karmeli. Dan hekk kif qal li jbati mill-kundizzjoni tal-bipolar. Iżda ladarba l-Maġistrat ma kelliex rakkomandazzjonijiet uffiċjali medici bi prova għal dan ma setgħetx tilqa’ talba tal-akkużat.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ projbizzjoni sabiex l-akkużat ma javvċinax u ma jsegwiex lil ommu u lil ħuh.
Dr Rene Darmanin qiegħed jidher ghal ommu l-vittma.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Stacey Attard.