Christian Said ta’ sebgħa u tletin sena mill-Fgura baqa’ jinżamm taħt l-arrest wara li ġie mixli b’serq minn vettura u talli fl-istess lejl ittanta jisraq minn vettura oħra.
Said allegatament wettaq dan ir-reat fi Triq Mikiel Calleja f’Ħal-Tarxien.
Huwa kien akkużat ukoll li kien riċediv u kiser kundizzjonijiet imposti mill-Qorti, liema kundizzjonijiet ingħataw mill-Qorti dan ix-xahar stess.
Fil-Qorti, id-difiża wieġbet li l-imputat mhux ħati u ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest. Hawn inqala’ argument verbali bejn l-imputat u l-avukat tiegħu minħabba li dan ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Dan il-każ ġie assenjat għal data oħra.