Matthew Frendo ta’ ħamsa u erbgħin sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati fuq akkużi ta’ serq minn vetturi.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif għal dawn l-aħħar xhur kien hemm numru ta’ rapporti ta’ serq minn ġo vetturi fir-Rabat.
Intqal kif wara li ġew elevati filmati minn diversi kameras tas-sigurtà viċin tal-vetturi li ġew misruqa, allegatament ġie identifikat u arrestat l-imputat.
Intqal ukoll kif l-imputat diġà kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor ta’ serq aggravat u għalhekk għandu jitqies bħala reċediv.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.