Raġel ta’ 26 sena qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ wara li allegatament kien involut f’argument ma’ żagħżugħ ta’ 18-il sena fil-Gżira.
Il-każ seħħ fil-11:30pm tal-Ħadd filgħaxija fi Triq ix-Xatt, meta allegatament inqala’ argument bejn iż-żewġ persuni, u ntużat sikkina. Jidher ukoll li ż-żagħżugħ talab l-għajnuna medika fil-Poliklinika tal-Furjana, u aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.