Suspettat traffikant ta’ droga inżamm arrestat, bil-qorti targumenta fid-deċiżjoni tagħha li mhux ta’ min jafdah u jagħtih il-ħelsien mill-arrest.
Julian Bonnici, ta’ dsatax 19-il sena, kien arrestat f’jum l-ewwel tas-sena wara li nqabad b’87 pillola ecstacy. Quddiem il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona, kien akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina li, bħal fil-każ tal-ecstasy, kollox kien jindika li ma kinetx għall-użu personali tiegħu.
Bonnici qal li m’għandux impjieg u wieġeb mhux ħati.
“Kienet lesta biex titqassam,” qal l-Ispettur Jonathan Cassar meta xehed kif arrestaw liż-żagħżugħ ħiereġ minn stabbiliment f’Paceville u dwar kif instabet id-droga. Droga li parti minnha ntremiet meta l-akkużat ra lill-uffiċjali tal-pulizija.