Raġel ta 45 mil-Georgia qal li mhux ħati li seraq żewġ nuċċalijiet minn stabbiliment fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Sasania Zaza tressaq il-qorti mil-ispettur Louise Calleja wara li nqabad minn cameras tas-sigirta jisraq żewġ nuċċalijiet. Wara investigazzjoni mill-pulizija dawn instabu f’żona fuq in-naħa ta’ wara tal-ajruport.
Zaza qal li bħalissa huwa ma għandux saqaf fuq rasu u qed jistenna li jirċievi l-istatus ta’ refuġjat. Meta mistoqsi fejn kien qed jorqod huwa qal li kien qed isib postijiet ħdejn il-baħar.
Minkejja li l-avukat tiegħu ra il-filmati tal-cameras Zaza baqa jsostni li mhux ħati tas-serqa. L-avukat tiegħu ma għamilx talba għall-ħelsien mill-arrest u għalekk l-akkużat se jibqa jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Kordin.