Michael Spiteri ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li fi tliet okkażjonijiet differenti huwa seraq minn pompa tal-petrol f’Birżebbuġa.
Spiteri li jaħdem bħala delivery man tal-ħobż, ġie arrestat wara li nqabad jisraq €270 fi flus minn magna tal-istess pompa.
Huwa ċaħad l-akkużi li wettaq reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza preċedenti.