Ġuvni Albaniż inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu wara li ġie mressaq il-Qorti b’rabta ma’ hold-up li saret f’Tignè.
Artan Coku ta’ 25 sena residenti l-Pieta’ kien akkużat li kien kompliċi f’hold-up li saret minn ħanut tal-ġojjellerija f’Tigne’ f’Tas-Sliema.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Mercieca ordnat li C oku jibqa’ jinżamm arrestat fejn ma saret ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
Intant, b’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal żewġ żgħażagħ bl-isem ta’ Begtash Muka, li jiġi ħu Daniel Muka, u Ramazan Hysa.
Daniel Muka, iż-żagħżugħ Albaniż qed ikun investigat dwar l-istess każ fejn tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil wara li allegatament ippunta arma tan-nar lejn il-Pulizija meta marru biex jarrestawh f’Paceville.
Il-hold up seħħet fil-5 ta’ Ottubru mill-ħanut ta’ Diamonds International li jinsab f’Tigne Point, Tas-Sliema.