Serb ta’ 27 sena nżamm arrestat wara li allegatament weġġa’ gravi Kolombjan li kien qed jiċċelebra r-rebħa tal-Arġentina fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Paceville.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-allegat każ seħħ fit-18 ta’ Diċembru li għadda wara l-logħba tal-finali tat-Tazza tad-Dinja.
Is-Serb ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u anki li għamilha ta’ bouncer mingħajr liċenzja.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.