Anil Kuruvilla Thomas, Indjan ta’ 42 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li kien akkużat li darab gravi lil raġel ieħor f’appartament li t-tnejn jgħixu fih fil-Pietà.
Thomas wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-Avukat Difensur talbet għal-libertà proviżorja madanakollu l-Qorti ma laqgħetx din it-talba minħabba li l-akkużat ma kellu l-ebda akkomodazzjoni apparti r-residenza li fiha jgħix l-allegat vittma.