Raġel ta’ 35 sena qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li lbieraħ ikkaġuna feriti ta’ natura gravi fuq persuna oħra u li kiser il-mistrieħ tan-nies bl-għajjat u l-istorbju.
Il-każ seħħ fi Triq il-Port iż-Żebbuġ, Għawdex.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/10/zewgt-irgiel-iweggghu-wara-argument-fiz-zebbug-fghawdex/