Abdul Bari Yousef Basir, Sudaniż ta’ 22 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kien fil-pussess ta’ droga sintetika ġdida.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li huwa ġie arrestat is-Sibt filgħaxija, waqt ronda li saret fi ġnien pubbliku fil-Marsa b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari.
Intqal kif l-akkużat deher mifxul bil-preżenza tal-Pulizija u rreżista l-arrest.
Meta ttieħed l-għassa nstabulu diversi pakketti b’sustanzi llegali f’tazza li kellu u nstabulu wkoll diversi pakketti li kienu vojta, li ssoltu jintużaw għad-droga.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża għamlet talba biex jingħata l-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba.