Libjan ta’ 29 sena mir-Rabat Għawdex baqa’ jinżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex mixli li nhar it-28 ta’ Mejju li għadda heddedd persuna oħra fiż-Żebbuġ Għawdex.
Huwa kien akkużat ukoll li kisser il-kundizzjonijiet fuqu minn ordni ta’ protezzjoni, kif ukoll kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti.
Il-Libjan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.