Abraham Grima ta’ 38 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal diversi akkużi relatati ma’ ħruq ta’ karozza f’Bormla.
Il-każ seħħ fit-16 ta’ Mejju fi Triq ix-Xatt fejn karozza tat-tip Toyota ħadet in-nar. Minn hawn skattat inkjesta maġisterjali fejn inħatru diversi esperti.
Mill-investigazzjonijiet tagħhom, il-pulizija għamlu użu minn diversi kameras tas-sigurtà fil-viċinanzi biex waslu għall-akkużat kif ukoll intraċċaw il-mowbajl tiegħu.
Minkejja dan, huwa mifhum l-imputat baqa’ jinnega li kien hu li għamel ir-reat u mal-pulizija saħaq u li kien rieqed fl-istess ħin li seħħ il-każ.
Grima ġie mixli li volontarjament ta nar lill-karozza, li kkawża ħsara li taqbeż l-ammont ta’ €q 2,500 u li kiser kundizzjonijiet ta’ sentenza tal-Qorti mogħtija f’Ottubru li għadda.