Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ raġel mill-Maċedonja ta’ 42 sena, b’rabta ma’ serqa minn stabbiliment tal-ikel li jinsab fi Triq iż-Żewwieqa, f’Għajnsielem, Għawdex.
Il-każ seħħ fis-6 ta’ Settembru meta l-Pulizija ġew infurmati mis-sid tal-post li sab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti misruqa.
Il-Pulizija minnufih bdew bl-investigazzjonijiet intensivi li wasslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel.
Ir-raġel tressaq il-Qorti s-Sibt taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech akkużat b’serq, fost akkużi oħra.
Huwa m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest.