Raġel mis-Siġġiewi baqa’ jinżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq għodda li l-valur tagħha jammonta għal ħamsa u tletin elf ewro.
Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba minħabba li qalet li hemm ksur ta’ bosta sentenzi oħra u fadal aktar xhieda li jridu jitilgħu jixhdu.
Id-Difiża qalet li l-imputat qed jipprova jibni ħajtu mill-bidu, iżda spiċċa kkommetta dan ir-reat minħabba li jrid imantni lill-uliedu.