Somalu residenti Ħal Luqa inżamm arrestat wara li tressq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn li għamel ħsara volontarja fuq ħwejjeġ żewġ persuni u li ħebb għal oħrajn bil-ġebel.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, l-Avukat tal-għajnuna legali talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba hekk kif qalet li r-raġel m’għandux indirizz fiss u li għal aktar minn darba kellu xi jgħid man-nies f’Ħal Luqa.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat rrakamondat lid-Direttur tal-Ħabs sabiex sabiex l-akkużat jinżamm arrestat fit-Taqsima Forensika tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin fl-Isptar Monte Karmeli.