Maverick Azzopardi ta’ 26 sena minn Wied il-Għajn baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ta’ daqqa ta’ ponn lil uffiċjal tal-Pulizija f’wiċċu
Fil-Qorti ġie spjegat kif il-każ seħħ fit-3 ta’ Jannar li għadda meta fl-Isptar Mater Dei l-akkużat intalab mill-Pulizija sabiex jilbes il-maskra u kien hawn li qam argument. Azzopardi ġie arrestat fuq il-post.
Iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet marbuta ma’ liberta proviżorja f’żewġ każijiet separati.
Huwa wieġeb mhux ħati.