Mourad Khalif, Libjan ta’ 41 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li l-Ħamis seraq mutur u ndarab bih wara li waqa’ minn fuq fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħaxija meta allegatament, il-Libjan seraq il-mutur minn Triq id-Duluri.
L-għajnejn għassiesa tal-pulizija mid-distrett tal-Ħamrun innotawh isuq il-mutur mingħajr elmu. Meta l-uffiċjali tal-Pulizija kienu se jwaqqfuh biex ikellmuh dwar dan, huwa ħarab minn fuq il-post u saħansitra beda jsuq fid-direzzjoni żbaljata.
Malli daħal fi Triq Blacky, f’Tal-Pietà, il-Libjan tilef il-kontroll tal-mutur, baqa’ tiegħla fuq il-bankina u waqa’ minn fuq il-mutur. Huwa pprova jaħrab minn fuq il-post, bil-Pulizija baqgħet issegwih u ġie arrestat fi Triq ix-Xatt l-Imsida.
Il-Libjan ittieħed f’Ċentru tas-Saħħa minħabba ġrieħi li sofra fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Is-Sur Khalif li deher il-Qorti b’idu fil-ġibs qal li m’għandux saqaf fuq rasu u ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.