Kurt Muscat ta’ 22 sena minn San Ġiljan ġie mixli li kien vjolenti fuq ommu u oħtu.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-imputat ġie mixli wkoll li kkaġuna biża’ fuq ommu u oħtu li se tintuża vjolenza, kiser kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest u li hu riċediv.
Ma kien l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u b’hekk l-imputat inżamm arrestat. Madankollu l-Qorti rrakomandat biex l-akkużat jinżamm fl-isptar Monte Carmeli sabiex ikun jista’ jingħata kura anka minħabba li għandu problema tad-droga.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Omar Zammit