Melvin Magro ta’ ħamsa u tletin sena residenti l-Imsida wieġeb mhux ħati meta tressaq il-qorti akkużat b’attentat ta’ serq mill-isptar Mater Dei.
Il-każ ġara fit-18 ta’ Marzu fil-ħamsa ta’ filgħodu meta r-raġel prova jisraq mill-magna tal-biljetti fil-parkeġġ tal-isptar Mater Dei. Huwa ġie akkużat li għamel ħsarat fuq din il-magna.
Magro kisser ordni ta’ probation li ngħatat lilu f’Jannar ilhi għaddha.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Bil-Maġistrat ordnat sabiex jibqa arrest.