Moussa Sangare ta’ 35 sena mill-Mali nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li pprova jaħrab minn Malta b’titjira lejn Pisa, l-Italja.
Il-Prosekuzzjoni spjega li l-imputat pprova jaħrab minn Malta b’dokument ta’ ħaddieħor, nhar it-Tnejn li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-Difiża tal-akkużat talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat wara li qalet li hemm biża’ li jaħrab minn pajjiżna.