Sirjan ta’ 32 sena ġie akkużat li fit-tmienja ta’ Jannar ipprova jaħrab minn Malta b’dokumenti foloz u kien fil-pussess ta’ passaport iffalsifikat.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat ma kkoperax mal-Pulizija waqt li kien qed jiġi arrestat.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat tal-għajnuna legali talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Maġistrat Victor Axiaq ċaħad din it-talba peress li l-akkużat m’għandux indirizz fiss u jista’ jaħrab mill-pajjiż b’mezzi illegali.