Wieħed mill-irġiel li kien arrestat f’Tas-Sliema fl-aħħar jiem instab li kellu mal-25 kilo kannabis se jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li tressaq il-Qorti iktar kmieni llum.
Davide Bonanno qed ikun akkużat li importa 25 kg kannabis li l-valur tagħha jammonta għal iktar minn nofs miljun ewro. Fl-istess ħin qed ikun akkużat li kien se jbigħ din l-istess droga.
L-akkużat ma lissinx kelma fil-Qorti u lanqas wieġeb id-domandi mistoqsija lilu, minkejja li d-difiża wissietu li se jinstab ħati jekk ma jweġibx għad-domandi tal-Qorti.
Il-Qorti ordnat li Bonanno jinżamm arrestat u li jkunu ffriżati l-assi tiegħu. Id-difiża talbet biex titella’ x-xhieda malajr kemm jista’ jkun.
Bonanno kien arrestat ma żewġt irġiel oħra f’Tas-Sliema wara raid fi Triq Matthew Pulis.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/10/01/allarm-falz-dwar-sparatura-fta-sliema-15/