Marek Drga ta’ tmienja u erbgħin sena mir-Repubblika Ċeka baqa’ jinżamm arrestat wara li nħareġ mandat t’arrest Ewropew għalih. Jidher li l-imputat kien instab ħati ta’ frodi marbut mal-VAT fir-Repubblika Ċeka meta kien jgħix Malta.
Hu ġie estradit lejn pajjiżu biex jidher quddiem il-Qorti, fejn ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Waqt li kien Malta, il-Qorti fir-Repubblika Ċeka sabitu ħati ta’ frodi, u għalhekk inħareġ mandat t’arrest Ewropew. Hu tressaq il-Qorti f’Malta l-Ħadd, fejn saret talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif Drga ilu jgħix f’Malta għal dal-aħħar disa’ snin, iżda din it-talba ġiet miċħuda.
Il-każ se jkompli jinstema’ quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.