Etienne Farrugia ta’ 41 sena minn Ħaż-Żebbuġ inżamm arrestat wara li ġie akkużat li fid-29 ta’ Novembru instabulu fil-pussess tiegħu 20kg ħaxixa tal-kannabis u €6,500 fi flus kontanti.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Fran Tabone u Mark Anthony Mercieca spjegaw kif jumejn ilu huwa kien ħareġ struzzjoni lill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabiex josservaw attività relatata ma’ possibilment traffikar tad-droga f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija minn din it-taqsima marru f’din il-lokalità u raw lill-imputat joħroġ xkora mdaqqsa minn garaxx u għabbiha ġo vann. Il-Pulizija baqgħu isegwuh sakemm eventwalment ġie mwaqqaf u saritlu tfittxija fit-triq
iat-tfittxijiet li saru fil-vann instabu 20kg droga ta’ droga kannabis u €6,500 fi flus kontanti.
Fil-viċinanzi ta’ fejn ġie arrestat l-imputat, twaqqfet ukoll karozza bi 3 persuni li fil-mumenti ta’ qabel dehru jagħmlu kuntatt ma’ Farrugia. Wara tifttxijiet li saru f’din il-karozza instabu €40,000 fi flus kontanti u għalekk il-Pulizija arrestaw lit-tliet persuni l-oħra.
Waqt l-interogazzjoni, l-imputat stqarr ukoll li fir-residenza tiegħu kien hemm kaxxa bi 3kg oħra Eroina.
Id-difiża mmexxija mill-avukat Franco Debono spjegat kif l-akkużat se jwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Dr Debono talab għall-ħelsien mill-arrest fejn semma każijiet oħra simili fejn l-imputati kienu ingħataw il-ħelsien mill-arrest mal-preżentata.
Huwa spjega kif l-akkużi fil-konfront tal-imputat hija ta’ pussess aggravat u mhux traffikar.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat dwar dan u spjegaw kif mal-imputat ġew arrestati 3 persuni oħra u jekk jiġi rilaxxat hemm il-biża li jkun hemm intraċċ ta’ provi. Hawnekk isemmew it-3 persuni l-oħra arrestati u kif ukoll sid il-vann li kien qed isuq. Hawnekk il-prosekuzzjoni talbet għall-iffriżar tal-assi kollha tal-imputat.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-difiża u l-prosekuzzjoni l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u l-raġel se jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tad-difiża għall-iffriżar tal-assi tar-raġel.