Raġel ta’ 49 sena mill-Kolombja tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat b’serq minn residenza privata fix-Xagħra Għawdex.
Il-każ il-Ħadd li għadda għal ħabta tal-9:40 ta’ filgħaxija.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana.
Is-suspettat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.