Ingliż ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri jiem ilu. Quddiem il-Maġistrat Brigitte Spiteri, intqal kif nhar il-25 ta’ Mejju li għadda l-akkużat kellu relazzjoni sesswali ma’ persuna li għandha anqas minn 16-il sena fl-inħawi tar-Rabat Għawdex.
Għalkemm l-akkużat wieġeb mhux ħati, il-Qorti ordnat li dan jinżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Bernard Charles Spiteri u Joseph Busuttil