Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Santa Luċija nżamm arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ 50 gramma kokaina, maqsuma f’90 qratas, waqt ronda mill-iskwadra ta’ kontra d-drogi.
Fil-Qorti, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, dan wara li l-akkużat wieġeb li mhux ħati u qal li kkuntattja lil Caritas biex ibiddel ħajtu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni qalet li minħabba li l-persuna li kienet miegħu fil-karozza għadha ma tatx ix-xhieda tagħha, dan ma jistax iseħħ.