Għawdxi ta’ 44 sena inżamm arrestat wara litressaq il-Qorti ta’ Għawdex l-Erbgħa filgħodu akkużat b’pusess aggravata tad-droga. Ir-raġel, li jgħix il-Fontana, inqabad fil-fatt ibigħ id-droga kokaina.
Fi tfittxija li għamlu l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga nstabet aktar droga kokaina kif ukoll eroina, it-tnejn lesti biex jiġu ttraffikati.
Fil-jiem li għaddew, il-Pulizija resqet Taljan ta’ 29 sena li jgħix iż-Żebbuġ Għawdex b’rabta ma’ dan il-każ. Ir-raġel, li huwa wkoll riċediv, tressaq quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat ordna li imputat jinżamm taħt arrest preventiv ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Il-proskuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Frank Anthony Tabonoe.