Kane Grima ta’ 27 sena mill-Belt baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li kellu tliet kilogrammi kannabis.
Iż-żagħżugħ ġie arrestat is-Sibt li għadda fil-Madliena wara li rrifjuta li jobdi lill-Pulizija u jieqaf fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun. Waqt li kien qed isuq, huwa baqa’ dieħel f’għadd ta’ vetturi, inkluża waħda tal-pulizija. Meta eventwalment qabduh fil-Madliena, il-pulizija sabulu l-ħaxixa.
Dalgħodu, Grima tressaq il-qorti b’arrest u ġie mixli b’pussess aggravat tad-droga, li kkaġuna ħsarat f’diversi vetturi, li saq b’manjiera traskurata u perikoluża, li m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, u li kellu arma mhux liċenzjata. Barra minn hekk, ġie mixli wkoll li kiser ordni ta’ probation, sentenza sospiża, u żewġ digrieti li fihom kien ingħata l-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ każijiet oħrajn.
Ritratt: PBS