Libjan ta’40 sena residenti Birżebbuġa se jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li ħebb u hedded żewġ persuni.
Khaled Ahmed Mohammad Ashatani li qal li jaħdem fl-isptar Monte Karmeli ġie akkużat li wara li l-pulizija kellmitu biex ma jersaqx lejn post fejn għandu każ dwaru pendenti, huwa ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.
Huwa daħal fi stabbiliment u l-vittmi inkwistjoni sostnew li ħassewhom intimidati mill-imputat.
Il-prokuratur legali Peter Paul Zammit, li kien qed jidher għal-Libjan talab għall-ħelsien għall-arrest u sostna li fi sbatax-il sena li ilu jgħix f’Malta, il-Libjan qatt ma xellef difrejh mal-liġi.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ċaħad din it-talba u barra l-awla, is-sieħba tal-Libjan infexxet tibki hekk kif il-Libjan ittieħed b’arrest.