Ġuvni ta’ 22 sena mis-Sudan inżamm arrestat wara li kixef il-partijiet tiegħu quddiem żewġ ibniet ta’ 13 u 15-il sena fil-Ħamrun.
Fil-Qorti nstema’ kif il-każ seħħ l-Erbgħa waranofsinhar fi Triq il-Kbira San Ġużepp Ħamrun. Il-Pulizija ġiet infurmata mill-bniet stess li immedjatament wara li seħħ il-każ marru jagħmlu rapport fl-għassa tal-Pulizija fil-Ħamrun.
Minn investigazzjoni li wettqu l-Pulizija stabilixxew li r-raġel espona lilu nnifsu quddiem il-knisja ta’ San Gejtanu bil-Pulizija rnexxiela wkoll televa xi filmati minn cameras tas-sigurtà fl-inħawi. Mill-filmati intlemaħ raġel li kien liebes l-istess ħwejjeġ deskritti mit-tfajliet kif ukoll kien qed jgħatti il-partijiet privati tiegħu permezz ta’ beritta.
Ftit tal-ħin wara Karam Fuad ġie identifikat u arrestat. Fil-Qorti huwa wieħeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.