Josef Damato ta’ 24 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li għamel kummenti ta’ natura dispreġġjattivi fil-konfront tal-Kuntisabbli Simon Schembri fejn fuq il-midja soċjali kiteb il-kliem “sewwa jagħmel. Jalla jtajru wieħed kuljum.”
L-akkużat li mar il-qorti mingħajr ebda rappreżentanza legali hekk kif huwa informa lill-pulizija li m’għandux mezzi sabiex iħallas avukat.
Madanakollu fil-Qorti rriżulta li l-ġuvni jaħdem u għalhekk il-Maġistrat Joe Mifsud informa lill-imputat li ma jikkwalifikax għall-għajnuna legali madanakollu għal-lum biss kien ħa jgawdi mill-benefiċċju ta’ avukat għall-għajnuna legali.
Fil-Qorti l-avukat difensur qal li mhux ser jitlob il-Qorti għall-ħelsien mill-arrest. Malli l-imputat kien ħa jitlaq mill-Awla b’ħeffa kbira, l-Maġistrat Joe Mifsud sejjaħ lill-akkużat u qallu jġib quddiem għajnejh li kieku kellu sitwazzjoni fejn hemm xi ħadd li għamel pistola ma’ ras xi ħadd qrib tiegħu u li dak il-ħin ikun hemm għaddej kuntistabbli mir-Rapid Intervention Unit u jsejjaħlu għall-għajnuna.
Il-Maġistrat appella għal aktar rispett lejn uffiċjali tal-Pulizija.
Aqra wkoll:
AĠĠORNAT: Jinżammu arrestati wara kliem ta’ mibegħda fil-konfront tal-Pulizija Schembri
Kylie Cutajar ta’ 21 sena u Ritmark Borg ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti mixlija li xewxet persuni oħra biex jagħmlu reat, jiksru l-liġi u li għamlet użu ħazin ta’ apparat elettroniku fil-konfront tal-Pulizija Simon Schembri li kien involut f’inċident.